Home / News / Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Back to News Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 20th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Giuseppe Schembri Bonaci. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ kotba tiegħu The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art’ u Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts li huma finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar l-iskopijiet ta’ dis-sensiela ppubblikata minn Horizons, il-periferalità fl-arti Maltija, l-arti u l-poter u l-ideoloġija f’Malta, u l-insularità u l-kożmopolitaniżmu tal-artisti Maltin Josef Kalleya, Toni Pace, u Vincent Apap. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Giuseppe Schembri Bonaci studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti fl-Università ta’ Malta, l-universitajiet ta’ l-Istat ta’ Kiev u ta’ Moska, u wettaq studji ta’ riċerka fl-Università ta’ ta’ Milan. Huwa l-awtur ta’ ‘Shostakovich, Britten, Stravinsky and Painters in Between: 1936’, analiżi tar-relazzjoni bejn il-moderniżmu u l-poter. Kiteb bosta kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti, u l-arti Maltija tas-seklu għoxrin. Huwa Professur Assoċjat fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, koordinatur tal-Programm tal-Arti fid-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Istorja ta’ l-Arti, Direttur Artistiku tal-Biennale tal-Arti Kontemporanja APS fil-Katidral tal-Mdina, u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept. Bħalissa qed jaħdem fuq serje ta’ pubblikazzjonijiet tematiċi dwar it-teorija u l-istorja tal-arti Maltija tas-seklu għoxrin, fosthom il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – The Unreality of Realism: An insular perspective on the development of modern art (Horizons, 2019), u Metal and Silence: The quest for authenticity in the arts (Horizons, 2019). Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More