Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles NBC salutes the memory of Arthur Gruppetta, founder of Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Record attendance for the Malta Book Festival as revamped voucher scheme attracts thousands of new readers News 12th November, 2025 Read More 2025 Doreen Micallef National Poetry Contest Winners Announced News 9th November, 2025 Read More The 2025 edition of The Malta Book Festival and From Illustration to Book Exhibition launched at MFCC Festivals 4th November, 2025 Read More NBC Welcomes Its New Team Members News 31st October, 2025 Read More All You Need To Know About The 2025 Malta Book Festival News 27th October, 2025 Read More The Festival that gathers up the community… and invites it to transform News 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: The Malta Book Festival 2025 News 14th October, 2025 Read More The 43rd PLR Payment Is Out Public Lending Rights 8th October, 2025 Read More Meet the Exhibitors at the Malta Book Festival! News 8th October, 2025 Read More view all similar news
NBC salutes the memory of Arthur Gruppetta, founder of Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Record attendance for the Malta Book Festival as revamped voucher scheme attracts thousands of new readers News 12th November, 2025 Read More
The 2025 edition of The Malta Book Festival and From Illustration to Book Exhibition launched at MFCC Festivals 4th November, 2025 Read More
The Festival that gathers up the community… and invites it to transform News 20th October, 2025 Read More