Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More Uncover the Story at the Malta Book Festival! News 18th May, 2026 Read More John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More Average Maltese person buys three books a year, survey finds News 12th May, 2026 Read More Open Call for illustration submissions for the exhibition From Illustration to Book at the Malta Book Festival 2026 News 11th May, 2026 Read More National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More
Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More
The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More
Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More
John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More
The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More
Open Call for illustration submissions for the exhibition From Illustration to Book at the Malta Book Festival 2026 News 11th May, 2026 Read More