Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg back to news Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More