Clare Azzopardi tidħol fi djalogu ma’ Luke Galea dwar il-ġabra ta’ novelli miktuba minn Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), l-esperjenza differenti li tatha minn ġabriet oħra, u l-opportunità li ppreżentatilha biex tħares lejn id-dinja minn perspettivi differenti.

 Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adoloxxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi, u bit-Taljan. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se titnieda traduzzjoni bl-Ingliż tiegħu bl-isem ta’ The Lives and Deaths of K.Penza. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two.

Kotba dikussi f’dan l-episodju:
Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021)
Clare Azzopardi, Castillo (Merlin Publishers, 2018)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.

Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article