Home / News / Markapaġna E09 – Clare Azzopardi Back to News Markapaġna E09 – Clare Azzopardi Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 8th November, 2022 Clare Azzopardi tidħol fi djalogu ma’ Luke Galea dwar il-ġabra ta’ novelli miktuba minn Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), l-esperjenza differenti li tatha minn ġabriet oħra, u l-opportunità li ppreżentatilha biex tħares lejn id-dinja minn perspettivi differenti. Clare Azzopardi kitbet u ttraduċiet numru ta’ kotba għat-tfal, għall-adoloxxenti kif ukoll għall-kbar. Fost l-iktar kotba magħrufa tagħha hemm Il-Każ (kważi) kollu tal-aħwa De Molizz u s-serje ta’ Jake Cassar. Bosta stejjer ġew ippubblikati f’rivisti barra minn Malta u l-ġabra ta’ novelli Kulħadd ħalla isem warajh ġiet ippubblikata l-Kroazja, l-Ungerija, l-Eġittu u s-Slovenja. Ir-rumanz tagħha Castillo, ġie ppubblikat bl-Għarbi, u bit-Taljan. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se titnieda traduzzjoni bl-Ingliż tiegħu bl-isem ta’ The Lives and Deaths of K.Penza. Dan ir-rumanz ġie addattat għall-palk kif ukoll għat-televixin mill-kumpanija Take Two. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=YLBaXU4rBy0[/embedyt] Kotba dikussi f’dan l-episodju: Nadia Mifsud, żifna f’xifer irdum (Merlin Publishers, 2021) Clare Azzopardi, Castillo (Merlin Publishers, 2018) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More