Niċċa letterarja li dan l-aħħar rat żviluppi interessanti hija dik tal-kotba akkademiċi dwar effiġji reliġjużi tal-Gżejjer Maltin. Fost l-oħrajn, is-sena l-oħra ktieb ta’ din-natura rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u għall-edizzjoni ta’ dis-sena rajna pubblikazzjonijiet oħra ta’ riċerka fuq l-istess fil, li madankollu huma xogħlijiet distinti.

Fil-programm ta’ dil-ġimgħa laqqajna lil Patri Martin Micallef, l-awtur tal-ktieb ‘Crux Invucta’, lill-editur tal-ktieb ‘Ta’ Ġieżu Crucifix’, Christian Attard, u lill-fotografu tal-ktieb ‘Ir-Redentur: History, Art, Cult’, Joe P. Borg.

Tkellimna magħhom dwar it-tipi differenti ta’ riċerka li jsawru kull ktieb, il-mod kif il-metodu xjentifiku jindamm mal-fidi, ir-restawr fuq l-effiġji u d-dokumenti minsija li qanqlu r-riċerka, l-importanza tal-fotografija f’kotba bħal dawn, il-wesgħa tal-ħajja soċjali, reliġjuża, u intellettwali li magħha dal-kotba jmissu, u l-komunitajiet reliġjużi li ppreżervaw dawn l-istatwi tul sekli sħaħ.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:

Crux Invicta (Midsea Books)

Ta’ Ġieżu Crucifix (Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss)

Ir-Redentur: History, Art, Cult (Midsea Books)

 


Share Article