Home / News / Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Back to News Taħt il-Qoxra: Prof. Carmel Borg Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 19th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet mal-Prof. Carmel Borg dwar il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv u l-edukazzjoni bħala esperjenza liberatorja. Borg enfasizza li l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali huma għażla. Qal li rrealizza kmieni fil-karriera tiegħu li l-edukatur mhuwiex biss speċjalista tas-suġġett, iżda huwa primarjament aġent ta’ atti morali, filosofiċi, etiċi, ideoloġiċi u ta’ prinċipji u valuri. Il-mistieden irrimarka b’konvinzjoni li l-edukazzjoni mhijiex newtrali, anzi hija politiċizzata għax hija dwar għażliet tan-naturi varji li ssemmew aktar ’il fuq. Tul l-intervista Prof. Borg jitkellem dwar suġġetti oħra bħall-meritokrazija u l-edukazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni lil kulħadd u edukazzjoni ta’ kwalità lil kulħadd bħala ż-żewġ passi sussegwenti fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, l-iżvantaġġi li wieħed jitwieled bihom u kif dawn jistgħu jintgħelbu fl-iskola, id-drittijiet umani u bosta suġġetti oħra li kollha huma msejsa fuq il-kunċett li l-edukatur u l-edukazzjoni jgħinu l-aktar lil min għandu bżonn. Prof. Carmel Borg kiseb id-Dottorat tiegħu dwar l-Istudji Kurrikulari mill-Università ta’ Toronto. Awtur ta’ numru kbir ta’ kapitli f’kotba u studji f’rivisti internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu jiffukaw fuq is-soċjoloġija tal-edukazzjoni, it-teoriji tal-kurrikulu, il-pedagoġija kritika, l-edukazzjoni adulta u l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More Festival, Funds and Strategic Developments in 2026: Key Dates News 26th January, 2026 Read More Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More The 44 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th January, 2026 Read More The National Book Council pays tribute to the memory of Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Call for Reviewers for the Paġna Letterarja in 2026 Initiatives 19th December, 2025 Read More CALL FOR TRANSLATORS – Submit your details to the NBC Translators Database News 3rd December, 2025 Read More Book donation by the NBC to Komunità ta’ Santa Marija News 3rd December, 2025 Read More view all similar news
How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More
Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More
A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More
JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More
The National Book Council pays tribute to the memory of Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
CALL FOR TRANSLATORS – Submit your details to the NBC Translators Database News 3rd December, 2025 Read More