Home / News / Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Back to News Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 27th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar il-bidu ta’ programm ġdid tar-radju b’kollaborazzjoni ma’ Rachelle Deguara. Il-programm, bl-isem ta’ ‘Taħt Il-Qoxra’, huwa maħsub biex jippromwovi kittieba lokali, ix-xogħlijiet u l-ħsibijiet tagħhom. Rachelle Deguara, li hija studenta u kant-awtriċi, se tkun qed titkellem mal-mistiedna tagħha dwar diversi temi: il-kotba, il-letteratura, il-politika u ġrajjiet kurrenti. Il-programm, li jitla’ għall-ewwel darba dan il-Ħadd 1 ta’ Ottubru, se jixxandar kull ġimgħa nhar ta’ Ħadd fuq Radju Malta 1 fis-6:15 ta’ filgħaxija live. Il-mistiedna tal-programm ta’ nhar il-Ħadd li ġej hija Leanne Ellul, il-kittieba tar-rumanz Gramma, wieħed mir-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2014. L-aħħar pubblikazzjoni ta’ Ellul – traduzzjoni għall-Malti ta’ Gosto de Ti tal-kittieba Portugiża Fernanda Serrano, Inħobbok!, ġiet magħżula bħala finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (Terramaxka) fil-kategorija tat-Traduzzjoni: kotba għat-tfal (8-12). Bħala membru ta‘ Inizjamed, Ellul hija attiva ħafna fix-xena letterarja lokali u fl-2016 ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Kittieb Emerġenti. Segwi l-intervista live fuq Radju Malta 1 il-Ħadd 1 ta’ Ottubru fis-6:15 ta’ filgħaxija. Din hija opportunità kbira biex titgħallem aktar dwar ix-xena letterarja tagħna direttament mill-awturi infushom. L-episodji se jkunu disponibbli wkoll għat-tniżżil mill-paġna fuq Facebook u mis-sit tagħna. Tista’ ukoll issegwi l-programm billi żżur il-paġna tal-Kunsill fuq Soundcloud. SHARE POST Related Articles National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More Apply Now for a Free Online Course for Aspiring Book Editors News 13th April, 2026 Read More The 45 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th April, 2026 Read More Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More The National Book Council Welcomes a New Manager News 7th April, 2026 Read More Subsidy Scheme for Printed Books is Now Launched News 1st April, 2026 Read More The National Book Prize 2026 List of Eligible Submissions is Now Out News 30th March, 2026 Read More Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More view all similar news
Commonwealth Short Story Prize welcomes the first ever Maltese author onto its regional shortlist News 15th April, 2026 Read More
Exhibitors and Event Organisers – Apply Now To Participate At The 2026 Malta Book Festival! News 14th April, 2026 Read More
Call for Theatrical Adaptations of Maltese Books at the Malta Book Festival News 8th April, 2026 Read More
Full Programme for the Annual Book Conference: Varied Group of Speakers Explore the Economic Realities of the Publishing Industry News 20th March, 2026 Read More