Home / News / Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Back to News Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 27th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar il-bidu ta’ programm ġdid tar-radju b’kollaborazzjoni ma’ Rachelle Deguara. Il-programm, bl-isem ta’ ‘Taħt Il-Qoxra’, huwa maħsub biex jippromwovi kittieba lokali, ix-xogħlijiet u l-ħsibijiet tagħhom. Rachelle Deguara, li hija studenta u kant-awtriċi, se tkun qed titkellem mal-mistiedna tagħha dwar diversi temi: il-kotba, il-letteratura, il-politika u ġrajjiet kurrenti. Il-programm, li jitla’ għall-ewwel darba dan il-Ħadd 1 ta’ Ottubru, se jixxandar kull ġimgħa nhar ta’ Ħadd fuq Radju Malta 1 fis-6:15 ta’ filgħaxija live. Il-mistiedna tal-programm ta’ nhar il-Ħadd li ġej hija Leanne Ellul, il-kittieba tar-rumanz Gramma, wieħed mir-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2014. L-aħħar pubblikazzjoni ta’ Ellul – traduzzjoni għall-Malti ta’ Gosto de Ti tal-kittieba Portugiża Fernanda Serrano, Inħobbok!, ġiet magħżula bħala finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (Terramaxka) fil-kategorija tat-Traduzzjoni: kotba għat-tfal (8-12). Bħala membru ta‘ Inizjamed, Ellul hija attiva ħafna fix-xena letterarja lokali u fl-2016 ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Kittieb Emerġenti. Segwi l-intervista live fuq Radju Malta 1 il-Ħadd 1 ta’ Ottubru fis-6:15 ta’ filgħaxija. Din hija opportunità kbira biex titgħallem aktar dwar ix-xena letterarja tagħna direttament mill-awturi infushom. L-episodji se jkunu disponibbli wkoll għat-tniżżil mill-paġna fuq Facebook u mis-sit tagħna. Tista’ ukoll issegwi l-programm billi żżur il-paġna tal-Kunsill fuq Soundcloud. SHARE POST Related Articles World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More Uncover the Story at the Malta Book Festival! News 18th May, 2026 Read More John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More Average Maltese person buys three books a year, survey finds News 12th May, 2026 Read More Open Call for illustration submissions for the exhibition From Illustration to Book at the Malta Book Festival 2026 News 11th May, 2026 Read More National Book Council Publishes its Annual Report for 2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More
Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More
The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More
Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More
John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More
The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More
Open Call for illustration submissions for the exhibition From Illustration to Book at the Malta Book Festival 2026 News 11th May, 2026 Read More