Home / News / Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Back to News Programm tar-Radju: Taħt il-Qoxra Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 27th September, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar il-bidu ta’ programm ġdid tar-radju b’kollaborazzjoni ma’ Rachelle Deguara. Il-programm, bl-isem ta’ ‘Taħt Il-Qoxra’, huwa maħsub biex jippromwovi kittieba lokali, ix-xogħlijiet u l-ħsibijiet tagħhom. Rachelle Deguara, li hija studenta u kant-awtriċi, se tkun qed titkellem mal-mistiedna tagħha dwar diversi temi: il-kotba, il-letteratura, il-politika u ġrajjiet kurrenti. Il-programm, li jitla’ għall-ewwel darba dan il-Ħadd 1 ta’ Ottubru, se jixxandar kull ġimgħa nhar ta’ Ħadd fuq Radju Malta 1 fis-6:15 ta’ filgħaxija live. l-mistiedna tal-programm ta’ nhar il-Ħadd li ġej hija Leanne Ellul, il-kittieba tar-rumanz Gramma, wieħed mir-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2014. L-aħħar pubblikazzjoni ta’ Ellul – traduzzjoni għall-Malti ta’ Gosto de Ti tal-kittieba Portugiża Fernanda Serrano, Inħobbok!, ġiet magħżula bħala finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (Terramaxka) fil-kategorija tat-Traduzzjoni: kotba għat-tfal (8-12). Bħala membru ta‘ Inizjamed, Ellul hija attiva ħafna fix-xena letterarja lokali u fl-2016 ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Kittieb Emerġenti. Segwi l-intervista live fuq Radju Malta 1 il-Ħadd 1 ta’ Ottubru fis-6:15 ta’ filgħaxija. Din hija opportunità kbira biex titgħallem aktar dwar ix-xena letterarja tagħna direttament mill-awturi infushom. L-episodji se jkunu disponibbli wkoll għat-tniżżil mill-paġna fuq Facebook u mis-sit tagħna. Tista’ ukoll issegwi l-programm billi żżur il-paġna tal-Kunsill fuq Soundcloud. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More