Skip to content

Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina

poġġejt idi fuq
il-qafas ta’ sidrek
u ħassejt qalbek
tibbalzma ma’ kull tajra
maħsuda f’poża
li rajna bejn
ħġieġ kiesaħ —

rajn’arpa fuq zokk
li ilu s-snin ma
jduq ix-xita

u garnija ttir ittir
taħt xmux artifiċjali
f’sema simulakru …

is-silenzju tiegħi qrajtu
għax kien kompliċi
ma’ tagħhom —

ma stajtx inwiegħdek
li xi darba għad
tar’hom imħabbla
fil-friegħi tal-għargħar

u ma sibtx
il-kuraġġ ngħidlek
dak li kont taf diġà —

dawn mhumiex għasafar Maltin

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.