Skip to content

bħal imrewħa, dal-poeżiji… – vrusha/vrusna – Is-Sala tal-Kittieba

20th October, 2023
8:30 PM - 9:30 PM
bħal imrewħa, dal-poeżiji… – vrusha/vrusna – Is-Sala tal-Kittieba

Tmien kittieba nisa, tmien ilħna. Punt tat-tluq wieħed – leħen ieħor, b’saħħtu anki fl-iktar waqtiet fraġli, dak ta’ Maria Grech Ganado, l-ewwel Poeta Lawreata ta’ Malta. L-għan – li l-kliem ikompli jsawwar il-kliem, li l-esperjenzi ta’ dawn id-disa’ kittieba, differenti kemm huma differenti, jintgħaġnu f’katina waħda, jew kullana, jew imrewħa… Permezz ta’ testi ġodda li nkitbu apposta għal din l-okkażjoni, Clare Azzopardi, Miriam Calleja, Leanne Ellul, Claudia Gauci, Elizabeth Grech, Simone Inguanez, Klara Vassallo u Nadia Mifsud se jkunu qed iwasslu lill-udjenza togħmiet ta’ x’jiġifieri tkun mara llum.

VIDEO
Video Placeholder

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.