
Ejjew l-istand tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għas-sessjonijiet ‘Gost il-Qari’ għal tfal ta’ etajiet varji (0–3 snin, 4–7 snin, 8–12-il sena). Dawn is-sessjonijiet se jitmexxew minn qarrejja mistiedna tal-NLA, u magħmula apposta biex iħeġġu fit-tfal l-imħabba għall-qari bis-saħħa ta’ qari li jixgħel l-immaġinazzjoni fit-tfal skont l-età tagħhom. Ħalli lit-tfal jissaħħru b’din l-esperjenza li se tintroduċihom għall-meravilji tar-rakkonti u l-qari!
Skeda sessjonijiet ta’ qari
Tliet kwarti kull wieħed
Ħin | Isem | Kunjom | Titlu tal-Ktieb | Udjenza mmirata |
---|---|---|---|---|
5.30 pm | Silvia Dimech (Read with me) | 0-3 snin | ||
6.30 pm | Marica | Brincat Vassallo | L-Imħatra taż-Żurżieqa | 6-8 snin |
7.30 pm | Josette Gera (Magic of Stories) | 4-7 snin | ||
8.30 pm | Josette Gera (Gost il-Qari) | 7 sa 11-il sena |