Ingħaqdu magħna għall-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali bit-tħabbira tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-tfal u l-adolexxenti – il-Premju Terramaxka. L-24 ktieb finalist li ġew ippubblikati fl-2019 ikopru sitt kategoriji b’kotba oriġinali u tradotti, u ntgħażlu minn ġurija indipendenti li tħabbret aktar kmieni dis-sena.

Sena wara sena l-Premju Terramaxka joffri gwida tajba tal-aħjar kotba ppubblikati s-sena ta’ qabel lokalment għal tfal u adolexxenti ta’ kull età.