Xow teatrali għall-istudenti tas-sekondarja, ibbażat fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka u kkurat mill-komiku Steve Hili u l-grupp ta’ atturi tiegħu. Grupp ta’ studenti jiddeċiedu li jisirqu l-immaġinazzjoni ta’ kittieb sabiex jiktbu storja għall-iskola tagħhom u jgħaddu mill-eżami finali tas-sena. Imma issa li rnexxielhom, x’se jaqbdu jagħmlu b’din l-immaġinazzjoni? Agħar minn hekk, malajr jirrealizzaw li kulħadd se jinduna li l-istorja ġiet minn moħħ dan il-kittieb u mhux minn għandhom! Daqs kemm hu kittieb magħruf! Ġib minn hemm u ġib minn hawn, fl-aħħar jirrealizzaw li l-avventura tagħhom hija storja minnha nnifisha. L-immaġinazzjoni qatt ma ħalliethom!