Ingħaqdu magħna għat-tħabbira tar-rebbieħa u għal qari mill-poeti rebbieħa tas-sitt edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef, konkors prestiġġjuż imniedi mill-KNK bil-għan li jsaħħaħ il-kitba poetika f’Malta u jonora l-aħjar poeżija miktuba bil-Malti.

Fost il-mistednin taċ-ċerimonja ta’ dis-sena, se jkollna r-rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 fil-kategorija tal-Poeżija, Murad Shubert, u l-poeta Emiratjan Ali al Shaali, li se jkunu qegħdin jaqraw traduzzjonijiet ta’ xogħol xulxin u jipparteċipaw fi skambju letterarju mmoderat minn Antonella Axisa.