Min qal li l-qari ma jistax ikun divertenti? Tim professjonali ta’ atturi mmexxi mid-duo kariżmatiku DANUSAN se jkun qed jipproduċi spettaklu ta’ teatru live adattat mix-xogħlijiet rebbieħa tal-Premju Terramaxka tal-2021, li jitħabbru fil-lejla tal-ftuħ tal-Festival. Daniel Chircop u Chrysander Agius se jkunu qed janimaw il-kotba bil-Malti.

It-tfal jistgħu jingħaqdu għad-divertiment mal-familji tagħhom kull waranofsinhar matul il-Festival, b’żewġ wirjiet virtwali speċjali fi tmiem il-ġimgħa. U tinsiex tuża l-vawċer li ngħatalek bħala student – li għall-ewwel darba huwa validu biex jintuża fil-ħinijiet kollha tal-Festival.

Għall-ewwel darba, l-ispettakli se jkunu b’xejn, kulma trid tagħmel hu li tibbukkja s-siġġu tiegħek fuq  showshappening.com.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq https://www.showshappening.com/NBC/bookscometolife

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.