Il-pjaċir tal-kitba huwa pjaċir tul il-ħajja; u li jiġri meta l-kbir jaqsam maż-żgħir u ż-żgħir inebbaħ lill-kbir huwa maġija pura. Din l-attività ta’ kitba kreattiva se tlaqqa’ flimkien żewġ settijiet ta’ vuċijiet, spunti ta’ ispirazzjoni u opportunitajiet uniċi biex wieħed jaqsam u joħloq f’komunità speċjali maħluqa għal din l-okkażjoni.