Jekk kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, ħafna drabi l-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar dirett. Meta niġu biex nartikolaw bil-Malti ħsieb dwar suġġett li dejjem qrajnieh b’lingwa oħra, probabbilment bl-Ingliż, insibu ruħna nitqabdu bejn l-idea nnifisha u espressjoni preċiża u eleganti. Din it-taħdita mal-edituri Loranne Vella u Joe Gatt, u wħud mill-kontributuri ta’ Aphroconfuso hija dwar kif din it-taqbida tagħmel parti importanti mill-kitba u l-proċess editorjali tal-ġurnal.