Għat-tieni sena konsekuttiva, l-iskola ta’ San Anton qed tiċċelebra dawk l-istudenti li ħadu sehem u temmew b’mod sodisfaċenti L-Isfida Msella. L-Isfida Msella hija sfida eċitanti dwar il-qari bil-Malti fejn l-istudenti qraw tliet kotba fi tliet xhur u ħadmu fuq proġetti mnebbħa minnhom, fosthom posters, kitba kreattiva u trailers ta’ ktieb. Waqt dan l-avveniment kull parteċipant jingħata rikonoxximent.