Skopri t-traġitt kreattiv tal-moħħ wara l-materjal ta’ promozzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2023 u ta’ dis-sena: l-illustratur u animatur Kyle Xuereb Cunningham. Sir af x’jinkludi fih il-proċess tal-animazzjoni, mill-ħolqien tal-istoryboard sal-aħħar irtokki. Dis-sessjoni qed tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Trid tirreġistra għal dan l-avveniment b’xejn.

Irreġistra hawn taħt.

Ispirat mill-imħabba tiegħu għall-irrakkuntar, Kyle għandu ħabta jaqbeż mid-dinja tal-animazzjoni għal dik tal-illustrazzjoni. B’esperjenza f’filmati animati, il-films qosra tiegħu ntwerew f’diversi festivals internazzjonali tal-films. Matul l-aħħar ftit snin, Kyle ffoka fuq l-illustrazzjonijiet ta’ kotba għat-tfal, imma madankollu baqa’ jidderieġi filmati animati qosra u xogħol ieħor marbut mas-serje kontinwa tiegħu ta’ tpinġijiet ta’ persuni b’identità queer. Kyle dderieġa u anima l-filmati promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u 2024.