Diskussjoni storika, politika u soċjali dwar l-20 sena ta’ storja tal-Partit Laburista kif jidhru fit-tieni volum ta’ L-Istorja tal-Partit Laburista ta’ Francis Galea.

Fuq din il-bażi, il-kelliema jiddiskutu temi li jorbtu ma’ dal-għoxrin sena, imma wkoll ma’ oħrajn li jistgħu jintrabtu magħhom b’aktar relevanza għal-lum. Għaldaqstant, mil-lat storiku, il-mistiedna jistħarrġu, ngħidu aħna, it-twaqqif mill-ġdid tal-partit wara t-tieni gwerra dinjija, il-bidla fit-tmexxija, l-ewwel gvern ta’ Mintoff, l-Integration u l-Indipendenza, u l-kwistjoni politiko-reliġjuża. Mil-lat kontemporanju, il-mistiedna jistħarrġu, ngħidu aħna, l-ideoloġija soċjal-demokratika, il-moviment storiku tal-ħaddiema, il-politika ekonomika soċjali, u d-demokrazija parlamentari. Id-diskussjoni ma tkunx ta’ livell tekniku daqskemm ta’ interess ġenerali.