Konverżazzjoni mal-awtur ta’ Il procuratore e la bella dormiente ta’ Giorgio Vitari ma’ Giovanni Firera (President tal-Assoċjazzjoni Vitaliano Brancati b’introduzzjoni ta’ Massimo Sarti (Direttur tal-Istituto Italiano di Cultura).
Dan l-avveniment se jkun bit-Taljan u qed jitħejja mill-Istituto Italiano di Cultura b’ħidma mal-Assoċjazzjoni Vitaliano Brancati.
L-Istituto Italiano di Cultura twaqqaf fi Frar tal-1971 u huwa wkoll is-Sezzjoni Kulturali tal-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-Istituto huwa simbolu tal-kultura Taljana f’Malta, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jxerred dil-kultura u l-arti tagħha. Dan jagħmlu billi jorganizza attivitajiet kulturali, imexxi librerija li minnha jistgħu jissellfu l-kotba l-membri tagħha, u jikkollabora fil-qasam tal-edukazzjoni. Ħa ħsieb ukoll li jistabbilixxi xibka ta’ kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u studji ta’ riċerka f’universitajiet Taljani, organizzazzjonijiet tal-istat u istituzzjonijiet oħra. L-Istituto jippromwovi avvenimenti bħal eżebizzjonijiet, kunċerti, drammi u konferenzi li jkunu miftuħa għal dawk kollha interessati fil-kultura u l-ħajja Taljana.