Ingħaqdu magħna f’dax-xows sbieħ u ta’ avventura għall-istudenti tal-iskejjel medji u sekondarji, adattati u diretti mid-drammaturga Simone Spiteri, rebbieħa ta’ diversi premji letterarji. Dan ix-xow spettakolari huwa bbażat fuq numru ta’ kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka, u l-atturi huma Robyn Vella, Miguel Formosa, Lara Agius, u Matteo Caruana Bond. Wara se jkun hemm sorpriża għax se jitla’ fuq l-istejġ awtur popolari!