Matul dan l-ispettaklu teatrali, adattat għal fuq il-palk minn Rebecca Camilleri u taħt id-direzzjoni tagħha wkoll, Gattaldo se joħloq illustrazzjonijiet dak il-ħin stess. L-istudenti se jkollhom ukoll l-opportunità speċjali li jaraw fuq il-palk lill-awtur ta’ The Boy in the Striped Pyjamas, jaqra mir-rumanz tiegħu u jinteraġixxi mal-istudenti.