Qari ta’ poeżija mill-ġabra The Bell li se tiġi ppubblikata fix-xhur li ġejjin minn Kotba Calleja. The Bell hija sensiela ta’ poeżiji li, għalkemm iġorru l-preokkupazzjonijiet tipiċi u l-vuċi distinta ta’ Maria Grech Ganado – iċ-ċelebrazzjoni tal-femminil u r-referenzi mitoloġiċi – jindikaw żvilupp u viżjoni ġdida fi ħsibijietha.  Huma poeżiji li kultant ixaqilbu lejn fataliżmu u dalma spiritwali li ma tinstabx fix-xogħol tagħha ta’ qabel.