Introduċi lill-istudenti tiegħek għad-dinjiet maġiċi u avventurużi mill-pinna tal-aqwa awturi tal-kotba għat-tfal ta’ Malta, u ggarantixxi esperjenza indimentikabbli bil-vidjo interattiv tagħna kkurat speċjalment għall-iskejjel!

Għin lil-librar Noel Tanti jimla l-ixkafef b’kotba ġodda waqt li tirbaħ il-punti billi twieġeb tajjeb għall-mistoqsijiet matul din il-logħba tal-kwizz.

Danusan se jkunu qed jospitaw kwizz spettakolari msejjes fuq stejjer, awturi u karattri minn xogħlijiet rebbieħa tal-Premju Terramaxka, li jista’ jkun aċċessat fil-kumdità tiegħek stess u mxandar direttament fil-klassi tiegħek.

Il-kwizz huwa addattat għal studenti ta’ kull età.