Din l-istorja teħodna lura fi żmien il-Kavallieri fejn niltaqgħu mal-Kavallier Jean de Villers, l-akbar ħabib tal-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Jean kien ingħata kariga importanti immens, dik li jieħu ħsieb il-provvista tal-ilma tal-gżejjer Maltin. B’hekk naraw lil Jean jinvestiga l-bjar, il-ġwiebi, l-ispieri u l-mini minħabba n-nuqqas ta’ ilma. B’hekk Jean żdiedlu x-xogħol minħabba li ta’ sikwit kien jiċċekkja x-xogħlijiet fuq dan il-proġett importantissimu għall-gżejjer Maltin.