Tita tgħix f’pajjiż ta’ krejnijiet marbuta mas-smewwiet. Darba waħda ġew ferroviji ta’ rwiefen u kaxkru ’l-kbar. Baqa’ biss it-tfal. U sajjetti u ragħad u xitat ma jaqtgħux. Il-Maltempi xeħtu għajnejhom fuq il-krejn ta’ Tita. Tita ma tistax tibqa’ ma tagħmel xejn.
Waqt din it-tnedija se jkun hemm qari miż-żewġ awturi, li se jiffirmaw ukoll personalment il-kotba.