Home / Programme / Tnedija ta’ ktieb: ‘Tourism and the Maltese Islands – Observations, reflections and proposals’ – Kite Group Tnedija ta’ ktieb: ‘Tourism and the Maltese Islands – Observations, reflections and proposals’ – Kite Group 26th March, 2021 3:00 PM - 4:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=R8mSalsB3tE[/embedyt] L-edituri ta’ dan il-ktieb ġdid, Marie Avellino u George Cassar mill-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura fl-Università ta’ Malta, jiddiskutu temi fundamentali għall-industrija tat-turiżmu u l-isfidi li l-pandemija ġabet magħha. Tourism and the Maltese Islands – Observations, reflections and proposals, deskritt mill-Pro-Rettur tal-Università Godfrey Baldacchino bħala ktieb li jispikka minħabba l-mod komprensiv kif iħares lejn l-iżvilupp tat-turiżmu f’Malta, jiffoka fuq temi u sitwazzjonijiet importanti għall-industrija kumplessa tat-turiżmu fil-Gżejjer Maltin, fosthom is-sostenibbiltà, il-kompetittività, swieqi alternattivi, u l-kompetenzi interkulturali. Ir-riċerka tislet minn diversi pajjiżi u xenarji li jikkontribwixxu biex jinxteħet dawl u jiġu kkjarifikati argumenti u topiks simili jew paralleli. Ir-riċerka akkademika għandha tkun kontinwament imbuttata ’l quddiem sabiex min jagħmel il-politiki, l-investituri, u min jieħu d-deċiżjonijiet ikollhom għodda u informazzjoni dejjem aġġornata f’idejhom. Jekk ma jkunx hemm aċċess għal din l-informazzjoni, il-politiki aktarx ikunu inadegwati u mhux biżżejjed. Dil-pubblikazzjoni timmira li tindirizza din-neċessità. Dan l-avveniment se jsir bl-Ingliż. Kite Group qed joffru skont ta’ 25% fuq il-kotba kollha waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus mixtrija minn fuq www.kitegroup.com.mt – Voucher code: BOOKS25 SHARE POST Similar Posts Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-President Myriam Spiteri Debono tiffirma Tisjir mill-Qalb – Agenda Bookshop – L-Istand 43 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Tberfil and the Art of Maltese Vehicular Decoration in the 20th Century: Book launch and discussion – Steven Scicluna – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 9th November, 2025 12:00 PM - 1:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More