Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jonora l-ħajja akkademika u letterarja tar-riċerkatur u l-istoriku Henry Frendo, li s-sena l-oħra rebaħ il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura. Jintwera dokumentarju ġdid dwar Frendo, ikkummissjonat mill-KNK u maħdum minn Blank Canvas Creatives. Wara d-dokumentarju, issegwi diskussjoni mmoderata minn Mario Xuereb, bil-parteċipazzjoni ta’ Henry Frendo, Anthony Mizzi u Vicki Ann Cremona.