Skip to content
Gaby Ma Tridx Tirritorna d-Dar

Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7)

Gaby Ma Tridx Tirritorna d-Dar

Gaby hija pazjenta żgħira li tinsab l-isptar. Hija ħa tagħmel bawxata minn tagħha sabiex tara ħabibitha.

X’se jiġri?

Ħa jaħdem il-pjan tagħha?

X’effett ħa jħalli fuqha dan iż-żmien li ħa tqatta’ l-isptar?

Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Buy the book
BDL Publishing
Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7)
2025

Marisabelle Ebejer, Louiselle Sciberras (ill.)

Marisabelle Ebejer minn eta' żgħira kienet tħobb taqra ħafna. Din l-imħabba lejn il-qari nislet fiha x-xewqa illi meta tikber hija wkoll taqsam l-istejjer li tikteb mal-oħrajn. L-esperjenzi tagħha fil-qasam edukattiv u l-esperjenzi tagħha bħala omm komplew nislu fiha din ix-xewqa, għaliex tifhem bl-importanza li tħeġġeġ lit-tfal żgħar li jħobbu t-tagħlim u l-imaġinazzjoni għaliex huma għodda siewja fil-ħajja. Hija tferraħ lit-tfal permezz tal-kotba li kitbet u permezz tal-istejjer li taqsam fuq il-kanal ta' YouTube jismu 'Flimkien għat-Tfal'. Fil-preżent hija awtriċi tal-kotba 'Fejn hi l-kelba? u 'Gaby ma tridx tirritorna d-dar'.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.