Skip to content
Ella

Letteratura għaż-Żgħażagħ

Ella

Ġo villaġġ żgħir, ħames minuti bogħod mill-baħar, hemm dar imdaqqsa li mad-daqqa t’għajn taħsibha abbandunata, minħabba li l-faċċata żdingata u l-bieb ta’ barra qed jibki għal qatra żebgħa!
Iżda meta wieħed joqgħod jinnota u jħares b’attenzjoni jinduna li fil-ħġieġ tat-twieqi jista’ jara wiċċu, avolja kien hemm xi tnejn imkissrin. It-tarġa ta’ quddiem il-bieb nadifa tazza u ż-żewġ pjanti li hemm mal-faċċata, kif ukoll xi oħrajn fil-gallarija, jidhru li xi ħadd jieħu ħsiebhom.

Min jgħaddi minn hemm jassumi li ġo dik id-dar kien joqgħod xi ħadd anzjan li forsi ma baqax jgħix fiha u għandu lil xi ħadd jiġi minnu joħodlu ħsiebha ta’ darba kultant… Iżda dawk tal-lokal jafu li ġo dik id-dar tgħix tfajla ta’ sittax-il sena jisimha Ella.

U din hi l-istorja tagħha…

BDL Publishing
Letteratura għaż-Żgħażagħ
2025

Rita Grech

Rita Grech ilha tikteb għal dawn l-aħħar għaxar snin, u sa issa ppubblikat 22 rumanz, fosthom Markuż, li hu pubblikazzjoni ta’ BDL Books. Il-ġeneru favorit tagħha huma l-kotba għall-adolexxenti, u tħobb tibbaża l-istejjer tagħha fuq ir-realtà. L-ikbar sodisfazzjon għaliha huwa meta jgħidulha li l-kotba tagħha jintgħoġbu. Rita tħabrek ukoll sabiex tinkoraġġixxi l-qari bil-Malti, speċjalment fl-iskejjel. Temmen li l-lingwa Maltija għandha tagħmilna kburin biha u għalhekk m’għandniex nitilfulha billi nużaw lingwi oħra minflokha. Il-mużika tispiraha fil-kitba tagħha, tant li kull ktieb li tikteb ikollha kanzunetta konnessa miegħu. Fil-futur għandha f’moħħha li tippubblika aktar rumanzi għall-adolexxenti, kif ukoll xi kotba għat-tfal u anke rumanzi oħrajn.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.