Home / National Book Prize / Glenda u l-Magna tal-Granita Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7) Glenda u l-Magna tal-Granita Oġġett stramb u jleqq spiċċa wasal għand Glenda mingħand in-nanna … Kien jagħmel granita speċjali … Glenda kif setgħet tużah biex il-bandli jsir post sabiħ. Dan il-ktieb sar bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Buy the book Klabb Kotba Maltin Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7) 2025 Claudia Aloisio, Nathalie Micallef (ill.) Imwielda fl-1982, Claudia Aloisio hija awtriċi għat-tfal. Il-pubblikazzjonijiet tagħha jinkludu narrattivi tal-ġeneru timeslip, stejjer qosra u kotba bl-istampi. Tikteb bil-Malti, u fil-kitba tagħha tgħaqqad l-immaġinazzjoni mal-istorja, mal-kultura, man-natura, mal-emozzjonijiet, mal-avventura u ma’ dak kollu li jħalli impatt fuq ħajjitha. F’kitbietha, avolja għat-tfal, ma tiddejjaqx tippreżenta r-realtà tal-ħajja bit-tajjeb u bil-ħażin tagħha. Aloisio hija l-koordinattriċi tal-Istorja fil-postsekondarja Giovanni Curmi Higher fin-Naxxar. Bħalissa qed tagħmel id-dottorat mal-Università ta’ Malta. Claudia hija wkoll omm, ta’ Daniel u Nina, li spiss ikunu s-sors tal-ispirazzjoni għall-istejjer tagħha flimkien mad-dar antika fejn tgħix, li għandha ħafna għal qalbha flimkien mal-familja, l-ikel, u ovvjament il-kotba. Claudia Aloisio hija l-awtriċi ta’ diversi kotba għat-tfal, fosthom Il-Pupa tax-Xelter (KKM, 2021) u Il-Bebbuxa Trumbetta (KKM, 2022) li ntgħażlu bħala finalisti għall-Premju Terramaxka. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us