Skip to content
Irvin Vella Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Bottegin tax-Xorti

Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12)

Irvin Vella Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Bottegin tax-Xorti

Id-disa’ misteru għall-iktar investigatur popolari fil-letteratura Maltija għat-tfal: Irvin Vella

X’għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin ammonti kbar ta’ flus li ħadd ma jaf fejnhom, aggressjoni fuq qarrejja tax-xorti, raġel bil-beritta u qattus jismu Nefi?

L-ewwel każ għal Irvin bħala investigatur liċenzjat fih x’tomgħod. Tgħid ix-xorti se tidħaqlu?

Buy the book
Merlin Publishers
Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12)
2025

John A. Bonello, Francesca Grech (ill.)

John A. Bonello twieled fl-1976 u jgħix Ħad-Dingli fid-dar tan-nanniet. Fost il-kotba li kiteb hemm triloġija Il-Logħba tal-Allat (It-Tielet Qamar (i), L-Aħħar Ħolma (ii) u Is-Sitt Aħwa (iii)), id-duwoloġija Unus Mundus (Fil-Mergħat tal-Impossibbli (i) u Jien, Wieħed Minnhom (ii)) u s-sensiela investigattiva għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwali. Fl-2017 għamel esperiment meta ppubblika l-istess storja b'żewġ lingwi biex jara r-reazzjoni tan-nies. Dawn iġibu l-isem ta' It-Taár u The Taár. Il-verżjoni l-aktar mibjugħa kienet dik bil-Malti. The Transmissions kien esperiment ieħor li għamel, fejn fl-2016 ippubblika storja online miktuba f'60 episodju ta’ 100 kelma kull wieħed. Din l-istorja illum tinsab fuq Amazon bħala e-Book. Sa minn meta beda jikteb, John rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb seba’ darbiet, kif ukoll ingħata Ġieħ Ħad-Dingli. Jaħdem bħala editur online matul il-ġurnata u jikteb matul il-ħin liberu tiegħu. Iħobb il-qari, speċjalment il-ġeneru tal-fantażija, u fan kbir ta' Star Wars. Dilettant tal-agrikoltura, u jħobb ħafna l-logħba tat-table tennis.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.