Home / National Book Prize / It-Teatru tal-Miskin Drammi It-Teatru tal-Miskin Tal-linja ma tgħaddix minn Ħal Fern, il-villaġġ maqtugħ mill-bqija tad-dinja. Nesieh kulħadd. Tliet buffi jaslu f’Ħal Fern. Jidhru strambi u differenti minn kull m’hawn f’dal-villaġġ. Ġew biex jagħmlu it-Teatru tal-Miskin – spettaklu għal l-imsieken ta’ Ħal Fern li nsew il-passat tagħhom. Bl-eleganza u l-melodiji differenti tagħhom, il-Buffi ġew biex jaqalgħu l-istejjer midfunin ta’ Ħal Fern. Stejjer ta’ kif l- intolleranza tan-nies eliminat kull possibiltà ta’ kurżità fosthom. Stejjer li Ħal Fern irid iħallihom midfuna fis-skiet. Stejjer dwar tfajjel partikolari. Tfajjel li jum fost l-oħrajn libes żarbun bit-takkuna. It-Teatru tal- Miskin huwa musical oriġinali ta’ Luke Saydon. Hija l-istorja ta’ persuna kwir li tikber f’ambjent intolleranti, magħluq u diffiċli jaċċetta dak kollu li hu differenti. Flimkien ma’ programm ta’ attivitajiet fil-kommunità, din hija produzzjoni b’għan li tiċċelebra l-viżibiltà u l-għożża tal-kommunità LGBTQI+ f’pajjiżna. Ixtri l-ktieb Saydon Studio Drammi 2025 Luke Saydon Luke huwa komopżitur, direttur tal-mużika u kittieb imwieled Malta, issa jgħix u jaħdem ġewwa Londra. Ix-xogħlijiet tiegħu ttellgħu ma’ organizzazjonijiet prestiġjużi fosthom ir-Royal Opera House, ir-Royal Albert Hall, The Old Vic, il-V&A Museum, il-Museum of London kif ukoll il-British Library. Il-musical tiegħu it-Teatru tal-Miskin rebaħ il-premju għall-arti għall-aqwa produzzjoni, u fl-2024 rebaħ it-titlu ta' Artist tas-Sena kif ukoll Times Person of the Year. Proġetti riċenti jinkludu Il-Każin tal-Imqarbin (Saydon Studio), The Naughty Carriage on the Orphan Train (BYMT, Dundee Repertory Theatre fl-Iskozja), KOR KWIR (Saydon Studio, EuroPride 2023), AURA (Teatru Malta), My Way Home (Britten Theatre, RCM), Dreams of Freedom (Royal Albert Hall), HARVEY MILK (Zedels, London), Dear Future Me (Battersea Arts Centre), The Indispensable Hero (Chelsea Theatre), u The Three Sunsets (Teatru Manoel). Luke huwa l-fundatur ta’ Saydon Studio, assoċjazzjoni teatrali li toħloq teatru mużikali ġdid fi ħdan komunitajiet differenti. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us