Home / National Book Prize / It-Togħma Morra taċ-Ċiċri Rumanzi It-Togħma Morra taċ-Ċiċri “B’It-Togħma Morra taċ-Ċiċri, bl-irwejjaħ, il-mużika, u l-uċuħ mgħottija mill-maskri, Noah Fabri joħodna lura lejn l-ewwel sena tal-pandemija u jħallina maqbudin hemm, fit-toroq vojta u l-ħwienet magħluqin tal- Ħamrun, bl-irwejjaħ tal-ħwawar tal-ikel ħerġin mit-twieqi, imħalltin mat-thewdin dwar il-prekarjetà tax-xogħol, il-flus, il-ħbiberiji, ir-relazzjonijiet, l-identitajiet, iċ-ċittadinanza; dwar kif u min nistgħu nkunu ladarba jerġa’ jiftaħ kollox.” — Loranne Vella Eli u Leo jafu ’l xulxin mix-xena tal-mużika, jgħixu flimkien u jaħdmu flimkien. Matul ix-xitwa kwieta tal- pandemija, jinbtu l-ħbiberiji ta’ Eli ma’ Eiro, bniedem li jieħu ħafna ħsieb lil ta’ madwaru imma jixtieq lil xi ħadd biex jieħu ħsiebu, u Faye, pustiera u mużiċista-poeta li qed tieħu ħsieb lil ommha u ’n-neputija. Sadanittant, Leo tisma’ l-mużika, titħasseb fuq ħajjitha, u kuljum tħoss lil Eli ftit iktar ’il bogħod minnha. Imbagħad jasal is-sajf, u mat-toroq tal-Ħamrun u l-Marsa, u fil-bar ta’ Raħal Ġdid, jegħrqu u jwaħħlu l-emozzjonijiet kollha li ilhom ix-xhur lesti biex ifuru. Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Rumanzi 2025 Noah Fabri Noah Fabri studja l‐antropoloġija u jikteb il‐proża, għat-teatru, u l‐mużika mal-kollettiv Karmaġenn. Jinteressa ruħu fl-ispazju pubbliku, l-mixi u l-politika u l-affett tal-intimità, ħsibijiet li ħaddem fir-rumanz It-Togħma Morra Taċ-Ċiċri (2024). Dawn il-ħsibijiet tnebbħu mill-parteċipazzjoni ta' Noah f’komunitajiet tal-arti DIY, fejn tgħallmet diversi prattiki kollaborattivi li bihom toħloq xogħolha, inklużi l‐pubblikazzjonijiet Dar Imħawra (2021) u Nanniet Laġenba (2024) ma’ Martina Farrugia, u l‐esperimenti fl‐arti viżiva u performattiva Inbigħu l‐Imqaret (2021), Huma Min Huma? (2021), Insalata (2023) u Ħaxix Ħażin (2024). Noah huwa wkoll parti minn Geġwiġija, komunità mibnija madwar librerija ċkejkna. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us