Skip to content
Jekk Taqbad id-Dawl

Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7)

Jekk Taqbad id-Dawl

Kien lejl kalm. Raġel xwejjaħ qabad id-dgħajsa tiegħu u reħielha fuq il-baħar bit-tama li jara u jaqbad id-dawl. Dan kien il-passatemp tax-xwejjaħ u din il-ħaġa kien ilu jagħmilha s-snin. Imma din id-darba l-affarijiet ma marrux eżattament kif xtaq …

Din hija storja maġika mimlija emozzjonijiet u sorpriżi; storja li se tlaqqgħek ma’ karattru kwiet li l-passatemp tiegħu jibdillu ħajtu mil-lejl għan-nhar.

Buy the book
Merlin Publishers
Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7)
2025

Clare Azzopardi, Matt Stroud (ill.)

Clare Azzopardi tgħix bejn pajjiż u ieħor. Tqatta’ ħafna ħin tikteb għat-tfal u għall-kbar. Għallmet il-letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha, fosthom Kulħadd ħalla isem warajh u Castillo, inqaleb għal lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven u l-Ungeriż.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.