Skip to content
Kaħlani u l-Fatati Kull Kulur

Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12)

Kaħlani u l-Fatati Kull Kulur

Il-fatat Kaħlani, dak li jgħix fl-Istazzjon tal-Ferrovija ta’ Birkirkara, ma jiqafx jivvintahom. F’dal-ktieb se taqra storja dwar patalott żebgħa kif jiftakarha Safrani (sieħbu mqareb daqsu) kif ukoll storja oħra ta’ mħabba nhar l-Imnarja.

Fuq kollox, se jkollok l-unur tisma’ lil Kaħlani jkanta fuq il-fjur u n-namur …

Ktieb li juża l-font EasyReading, tipa b’leġġibbiltà faċli, ta’ għajnuna għal tfal bid-dislessja.

Buy the book
Merlin Publishers
Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12)
2025

Clare Azzopardi, Leanne Ellul, Romont Willy (ill.)

Clare Azzopardi tgħix bejn pajjiż u ieħor. Tqatta’ ħafna ħin tikteb għat-tfal u għall-kbar. Għallmet il-letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha, fosthom Kulħadd ħalla isem warajh u Castillo, inqaleb għal lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven u l-Ungeriż.

Leanne Ellul tgħallem il-Malti u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fil-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża. Ħarġet kollezzjonijiet ta' poeżiji dwar kmamar koħol, spazji bojod, u siġar ħodor. L-ewwel rumanz tagħha għaż-żgħażagħ kien Gramma u din is-sena ħareġ it-tieni rumanz rebbieħ tal-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ: be;n il-kmiem. Ellul tifforma parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.