Home / National Book Prize / L-Avveniment Proża Fittizja Tradotta L-Avveniment L’événement (2000) ta’ Annie Ernaux, maqlub għall-Malti. Kieku kelli niddeskrivi f’pittura waħda dan l-avveniment ta’ ħajti, kieku npenġi mejda żgħira tal-formika, tmiss ma’ ħajt, u fuqha bieqja tal-enemel b’sonda ħamra tgħum ġo fiha. Ħarira lejn il-lemin tagħha, inpoġġi xkupilja tax-xagħar. Ma naħsibx li teżisti pittura bit-titlu Atelier tal-Ħelliesa f’ebda mużew fit-dinja. Ixtri l-ktieb Faraxa Publishing Proża Fittizja Tradotta 2025 Claudine Borg (trad.) Claudine Borg għandha dottorat fl-Istudji tat-Traduzzjoni u hija l-kap tad-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija, u l-Interpretazzjoni fl-Università ta’ Malta. Ippreżentat xogħolha f’għadd ta’ konferenzi lokali u internazzjonali, u ppubblikat diversi artikli u kotba akkademiċi, fosthom il-monografija bit-titlu A Literary Translation in the Making: A Process-Oriented Perspective (2022) ippubblikata minn Routledge. Fost it-traduzzjonijiet letterarji tagħha nsibu żewġ kotba ta’ Éric-Emmanuel Schmitt: Oscar u s-Sinjura r-Roża (2015) u Kunċert b’Tifkira ta’ Anġlu (2021), li t-tnejn kienu finalisti fil-kategorija tat-traduzzjoni fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Hija membru elett tal-bord eżekuttiv tal-European Society for Translation Studies (EST) u l-editur ewlieni tan-Newsletter tal-EST. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us