Skip to content
SOMNVM

Poeżiji

SOMNVM

SOMNVM huwa rakkont li jiddjaloga ma’ siltiet u persunaġġi mit-Testment l-Antik li jmissu man-ngħas. mal-irqad u mal-imwiet. Jirreferi wkoll għas-swali tal-Ġuf, mnejn jiġu l-erwieħ, kif insibuhom fil-mitoloġija u l-mistiċiżmu Lhudi. Fl-istess waqt jissellef l-istejjer ta’ diversi persunaġġi bħal Emil Cioran li kiteb kemm dwar in-nuqqas ta’ rqad kroniku tiegħu kif ukoll dwar il-mewt, u ideat mill-folklor Malti, bħal dik tal-ħanżira tal-erwieħ li kienet tintelaq tiġri fit-toroq ta’ xi rħula qabel it-2 ta’ Novembru biex imbagħad titbiċċer u tinqasam mal-fqar f’Jum il-Mejtin.

Buy the book
Il-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti
Poeżiji
2025

Glen Calleja

Glen Calleja (t.1978, Malta) Glen Calleja huwa kittieb, editur u pubblikatur li jsofri minn misantropija akuta u kultant iċekċek xi ħaġa bil-pupi maħduma bl-idejn. Calleja huwa wkoll legatur u l-fundatur ta’ Kotba Calleja. Huwa l-kittieb ta’ diversi xogħlijiet ta’ poeżija fosthom kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum, Iswed Assolut u, aktar riċenti, SOMNVM. Huwa tewmi imma mhux klonu u għalkemm devot tal-pizza u qatra tajba, s’issa għadu mhux reliġjuż. Calleja huwa ko-fundatur ta’ Studio Solipsis u ta’ Fondazzjoni HELA, organizzazzjoni li taħdem favur il-letteratura u l-industrija tal-letteratura Maltija.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.