Home / National Book Prize / Ulied il-Wied Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12) Ulied il-Wied Meta Kevin beda skola ġdida f’raħal ieħor, ma basarx illi kien ser jiltaqa’ ma’ tifla bħal Betta. Betta kienet kollox li hu ma kienx – fuq tagħha, kuraġġuża, u toqgħod f’razzett mimli annimali f’wied mill-isbaħ. Iżda Betta kellha l-problemi tagħha wkoll. Il-ġenituri tagħha kienu ser jinfirdu, u s-Sur Bastjan ried jeqred ir-razzett u l-wied ta’ nannuha sabiex jagħmel barriera u fabbrika tas-siment. Fit-taqbida tagħhom sabiex isalvaw il-wied mill-qerda, Kevin u Betta jsibu msieħba mhux mistennija f’raġel stramb u annimal ċkejken. Imma tgħid dan ser ikun biżżejjed sabiex jirnexxilhom? Buy the book Horizons Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12) 2025 Ben Agius, Luca Azzopardi (ill.) Ben Agius twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1960, u ilu aktar minn ħamsa u erbgħin sena jaħdem fis-sengħa tal-kotba, l-ewwel fl-istamperija Interprint, imbagħad bħala Quality Manager fl-istamperija Gutenberg Press. Illum, Ben huwa penzjonant. Ben ilu jikteb f'rivisti u gazzetti mindu kien żagħżugħ. Fl-1984 ippubblika komik fis-Sagħtar bl-isem Ir-Rikkieba tas-Smewwiet, u fl-2002 l-ewwel ktieb għat-tfal bit-titlu Ulied il-Kwiekeb (Midsea books). Fl-2021, ħareġ l-ewwel rumanz bl-isem ta' Iben il-Quisling. Rumanzi oħra tiegħu huma: Anġli u Xjaten (2022), Taħt il-Qilla tal-Iswastika (2023), Min nasab lis-Sur Wilf (2024), Allat tal-Qerq (2024), Ulied il-Wied (2024). Il-kitba bil-Malti hija passjoni li baqgħet tbaqbaq f'Ben matul iż-żmien. Illum li għandu aktar ħin fuq idejh sabiex jiddedika għall-kitba, bi ħsiebu jikteb dak li ma kellux ċans jagħmel qabel. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us