Home / Programme / Camus u xogħlijietu maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina – Faraxa Publishing Camus u xogħlijietu maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina – Faraxa Publishing 11th November, 2020 6:00 PM - 6:45 PM Il-Professur Toni Aquilina mid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni u t-Terminoloġija tal-Universitá ta’ Malta se jagħti taħdita dwar l-importanza tar-riċerka meta tittraduċi awturi stabbiliti. Se jiffoka prinċipalment fuq ix-xogħlijiet ta’ Albert Camus, l-aktar dawk li ttraduċa lejn il-Malti u li qegħdin ikunu ppubblikati ftit ftit fis-Serje tat-Traduzzjonijiet Faraxa. S’issa tliet kotba ħarġu fis-serje, li huma: L’Eté / Is-Sajf, Les Muets / Il-Muti, L’envers et l’endroit / Il-Maqlub u s-Sewwa u La Chute / Il-Waqgħa. Dan tal-aħħar irċieva l-fondi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Xogħlijiet oħra ta’ Camus maqlubin għall-Malti minn Toni Aquilina dehru f’pubblikazzjonijiet oħra. Lest li jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu fuq is-suġġett. Faraxa, imnedija fl-2011, hija dar tal-pubblikazzjoni li tipproduċi pubblikazzjonijiet għalkollox professjonali fuq ġeneri ta’ kitba mill-aktar varjati. It-tim ta’ Faraxa, immexxi minn Joanne Micallef, jispira ruħu mill-kreattivita ta’ xibka globali ta’ awturi magħżulin bir-reqqa, mill-passjoni tagħhom għall-kotba u d-determinazzjoni biex tintlaħaq kwalità għolja f’dan il-qasam. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet Wiki Loves 2025 – Wikimedia Community Malta (WCM) – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 5:30 PM - 6:30 AM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More THINK Soapbox: L-Università ta’ Malta – THINK Magazine – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 2:00 PM - 3:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 7th November, 2025 7:30 PM - 8:30 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More