Home / Programme / L-intervista lill-awtur ma’ Mark Doty – KNK L-intervista lill-awtur ma’ Mark Doty – KNK 26th March, 2021 4:00 PM - 5:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=Nlerpb_aBg8[/embedyt] Il-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Mark Doty intervistat minn Prof. James Corby dwar id-damma ta’ xogħlijietu li tinkludi l-poeżija, il-memoir u l-kitba akkademika. Mark Doty huwa l-awtur ta’ disa’ kotba tal-poeżija u tliet memoirs. Uħud minn dawn il-kotba kienu bestsellers u rebbħuh unuri varji tul il-karriera letterarja tiegħu. Fost dawn hemm il-memoir bestseller ta’ New York Times Dog Years (2007), u l-ġabra ta’ poeżija My Alexandria (1993) li biha sar l-ewwel Amerikan li rebaħ il-premju letterarju Brittaniku T.S. Eliot. It-tieni memoir tiegħu, Firebird (1999), intlaqa’ tajjeb u ġie deskritt bħala dokument evokattiv dwar l-esperjenza żagħżugħa tal-omosesswalità fl-atmosfera Amerikana tal-baby boomers. Bħala poeta ta’ vers intelliġenti u eleganti, Doty tqabbel fi mkejjen oħra ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy. Doty huwa Professur Distint fl-Università ta’ Rutgers. James Corby huwa Pofessur Assoċjat u Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, fejn jgħallem it-teorija letterarja, il-poeżija, u l-filosofija. Huwa koeditur fundatur ta’ CounterText: A Journal for the Study of the Post-Literary, ippubblikat minn Edinburgh University Press u li jinsab fis-sitt sena konsekuttiva tiegħu. Huwa membru fundatur ukoll ta’ Futures of Literature Network, qafas ta’ riċerka bbażat f’Malta. Ippubblika l-aktar fuq il-letteratura, il-filosofija, fosthom fuq ir-Romantiċiżmu, il-Moderniżmu, il-fenomenoloġija, il-performance, il-politika, it-teorija letterarja, u l-letteratura kontemporanja. SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025: L-għoti tal-premjijiet u mużika minn Mariele Żammit – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 5:00 PM - 7:00 PM Read More Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-President Myriam Spiteri Debono tiffirma Tisjir mill-Qalb – Agenda Bookshop – L-Istand 42 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More