Taħdita: Awtoppubblikar – Enfasi fuq il-kwalità – Authors’ Hub (MT)
26th November, 2022
2:00 PM - 3:00 PM

Kittieba li jiddeċiedu jippubblikaw ix-xogħol tagħhom stess sikwit jaħsbu li jridu jagħmlu kollox weħidhom. Sabiex ktieb ippubblikat mill-awtur stess jittieħed bis-serjetà, jeħtieġ jilħaq l-istess livell għoli miżmum mid-djar tal-pubblikazzjoni. Waqt din it-taħdita se niddiskutu r-rotta għall-ippubblikar mill-awturi stess u kif il-professjonisti tal-industrija jistgħu jassiguraw pubblikazzjoni ta’ kwalità għolja. Din it-taħdita se tkun immoderata mill-awtur John Bonello, bil-parteċipazzjoni tal-editriċi Elizabeth Cortis, il-qarrej tal-provi Dwayne Ellul, u l-illustratur u disinjatur Julian Mallia.