Home / Programme / Lil hinn mill-Fruntieri: Il-qawwa trasportattiva tat-traduzzjoni – KNK Lil hinn mill-Fruntieri: Il-qawwa trasportattiva tat-traduzzjoni – KNK 12th November, 2020 8:00 PM to 14th October, 2020 9:00 PM Moderatur: Norbert Bugeja – ma’ Eran Katz, Chris Gruppetta, Katryna Storace, Walid Nabhan u Kristina Quintano Il-kotba twieqi għad-dinja u, fi żmien meta ħajjitna u l-vjaġġi tagħha jinsabu mexkkla, il-letteratura tipprovdi mezz importanti kif nikkomunikaw bħala qarrejja. Dan l-avveniment ifittex li jesplora kif xogħlijiet tradotti jivvjaġġaw lil hinn mill-kulturi u l-lingwi u jilħqu udjenzi usa’, u fil-proċess jibnu l-pontijiet li m’hemmx bejn fruntiera u oħra. ‘Lil hinn mill-Fruntieri: Il-qawwa trasportattiva tat-traduzzjoni’ se tlaqqa’ flimkien lill-awtur Iżraeljan Eran Katz, li kiteb il-kotba Secrets of a Super Memory u Jerome Becomes a Genius; Chris Gruppetta, pubblikatur u editur lokali li jippubblika kull sena kotba tat-tfal u l-adolexxenti fit-traduzzjoni; Katryna Storace, kittieba u editur ibbażata Londra u l-kofundatur ta’ Praspar Press li hija dar ta’ pubblikazzjoni żgħira li tippubblika l-letteratura kontemporanja Maltija bl-Ingliż u letteratura oħra tradotta għall-Ingliż; Walid Nabhan li l-kotba tiegħu nqalbu f’aktar minn ilsien wieħed u hu nnifsu jaqleb il-letteratura Maltija għall-Għarbi; u Kristina Quintano – traduttriċi u pubblikatur Norveġiża li ppubblikat letteratura minn Malta bin-Norveġiż. Id-diskussjoni se tkun immoderata minn Norbert Bugeja, poeta u lettur l-Università ta’ Malta. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More Id-Disinn ta’ Logħob għal Tfal Żgħar: Frances & Ġorġ – The Wanderer’s Tome – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 5:30 PM - 6:30 PM Read More THINK Soapbox: L-Università ta’ Malta – THINK Magazine – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 2:00 PM - 3:30 PM Read More