Skip to content

Es Sidr ta’ Omar N’Shea: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹

5th November, 2025
6:15 PM - 7:00 PM
Es Sidr ta’ Omar N’Shea: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹

Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’Shea jsib fajl mimli ittri li donnha kienet ħallithulu apposta biex isibu. Minn dawn l-ittri mibgħuta mil-Libja, Omar jibda jgħaqqad l-istorja ta’ ommu u Otman, jibda jifhem l-aġir tal-familja tiegħu u t-tifsira ta’ ċerti memorji. Hekk kif jibda jimla l-lakuni f’dak li jaf dwaru nnifsu, dwar niesu, u dwar min kienu eżattament niesu, jibda jimla wkoll dawk is-silenzji fil-memorja storika tagħna. Il-ġrajjiet ta’ Es Sidr jibdew fis-sebgħinijiet, f’dawk is-snin meta l-Libja, dan il-pajjiż tant qrib tagħna, f’daqqa waħda beda jinħass eqreb minn qatt qabel.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.