Skip to content

Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra: Workshop minn Simon Trewin – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧

8th November, 2025
12:30 PM - 1:30 PM
Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra: Workshop minn Simon Trewin – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧

Il-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa passaġġ kruċjali li l-awturi u l-pubblikaturi lokali għandhom sabiex jaslu għas-swieqi internazzjonali fejn ikunu jistgħu juru x-xogħol tagħhom. F’dan il-workshop ta’ madwar siegħa,  l-aġent letterarju veteran Simon Trewin jaqta’ barra x-xinxilli u jiffoka strettament fuq kif tippożiżżjona l-pitch tiegħek f’katalgu sabiex tieħu li tista’ minnu. B’esperjenza miġbura minn deċennji ta’ ħidma fuq il-post f’sitwazzjonijiet diffiċli, Trewin se jelenka l-Akbar 10 Żbalji fil-Pitches li jwettqu kemm l-awturi u anki min jamministralhom id-drittijiet, imbagħad kif issolvihom malajr. Se jissemmew eżempji vera ta’ pitches li fallew miżerjament (u għala), u ta’ oħrajn imbagħad li ssarrfu fi ftehimiet maġġuri. Sal-aħħar tas-sessjoni tkun rabbejt sunnara li biha tistad b’suċċess għall-aġenti u l-pubblikaturi barranin, tkun tgħarraft dwar strateġiji biex tantiċipa xi nuqqas ta’ qbil u tibdlu f’opportunità ta’ bejgħ, u tkun tgħallimt kif il-preżenza tiegħek f’katalgu tad-drittijiet timmassimizza l-potenzjal tagħha. Ejja ppreparat għax jaf jiġu skreditati xi assunzjonijiet li għandek dwar ‘kif taħdem’ pitch, u lesti ruħek ħalli tirfina l-pitch tiegħek taħt id-direzzjoni minutuża ta’ Simon. L-għan ta’ dan il-workshop hu biex inti finalment toħroġ mis-sala lest biex il-pitch tiegħek tiġbed l-attenzjoni – kull darba li tidher.

Trid tirreġistra għal din l-attività bla ħlas. Postijiet riservati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Dwar Simon Trewin

Wara tletin sena jaħdem ma’ wħud mill-akbar aġenziji fid-dinja, Simon Trewin waqqaf l-aġenzija speċjalizzata tiegħu fl-2019 biex jirrappreżenta lill-awturi, negozji u negozjanti fl-oqsma tal-arti, il-kultura, id-diġitali, il-letteratura, u l-avvenimenti lajv. Bħalissa qiegħed fi sħab mal-akbar aġenziji minn madwar id-dinja u magħhom jaħdem skont il-każ sabiex in-narrattiva dwar id-drittijiet barranin, Amerikani, u tal-films/tv tkun dejjem innutata u fuq quddiem. Għandu lista żgħira ta’ klijenti u dan jagħmlu bi ħsieb sabiex jikkontribwixxi b’aktar attenzjoni f’industrija li topera b’nuqqas tagħha. Madankollu jilqa’ kull opportunità jekk tixtieq tkellmu. Trewin ma jiħux awturi li jiffukaw primarjament fuq il-ġeneru tal-fantasija, tat-tfal jew il-poeżija, iżda miftuħ għal kwalunkwe ġeneru ieħor – speċjalment jekk huwa xogħol mhux fittizju.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.