Skip to content

It-Tixrik fl-Illustrazzjoni: Nibnu Komunitajiet Aktar B’Saħħithom – Tnedija tal-Illustration Annual 2025 – MCOI – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧

5th November, 2025
5:30 PM - 6:30 PM
It-Tixrik fl-Illustrazzjoni: Nibnu Komunitajiet Aktar B’Saħħithom – Tnedija tal-Illustration Annual 2025 – MCOI – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧

It-tnedija tal-Annual ta’ dis-sena mill-Malta Community of Illustrators se tkun akkumpanjata minn diskussjoni bejn il-membri tal-MCOI u l-membri tal-APIV – l-assoċjazzjoni ta’ illustraturi professjonali ta’ Valencia. Il-membri tal-bord tal-APIV Paula Pérez de Lanuza (Paulapé) u Xulia Vicente Jiménez se jitkellmu dwar l-element tat-tixrik fil-qasam tal-illustrazzjoni. Se jenfasizzaw l-irwol tal-assoċjazzjonijiet li jmexxu ’l quddiem id-drittijiet tal-illustraturi, li jibnu l-komunitajiet tagħhom, u li jippromwovu standards professjonali. Id-diskussjoni se tesplora wkoll kif l-assoċjazzjonijiet isaħħu l-pożizzjoni tal-illustraturi f’industrija prekarja billi joffru viżibbiltà, komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet, taħriġ u sapport.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.